Attakki fuq l-internet nhar il-Ġimgħa affetwaw aktar minn 200,000 persuna f’150 pajjiż. Dan wissieħ il-kap tal-Europol Rob Wainwright, għalkemm għad m’hemmx lista ta’ dawn il-pajjiżi. L-agħar li ntlaqtu kienu r-Russja u r-Renju Unit. Wainwright wissa li d-dinja qed taffaċċja theddida li dejjem qed tikber, u hemm possibiltà ta’ aktar attakki simili nhar it-Tnejn li ġej.
L-attakk seħħ permezz ta’ virus li ħakem il-files tal-individwi u talab pagamenti. Esperti qed iwissu biex kumpaniji jiżguraw li għandhom sistema ta’ sigurtà tajba. Il-Europol qed tgħid li l-attakk huwa bla preċedent u li qatt ma raw xi ħaġa bħalha fl-istorja. Ħafna mill-vittmi huma negozji u korporazzjonijiet kbar.
Aktarx li aktar minn persuna waħda huma responsabbli għal dan l-attakk, u l-Europol qed taħdem mal-US Federal Bureau biex tipprova tindentifika lil dawk responsabbli.