Il-Militar Sirjan qal li ħames persuni nqatlu wara li allega li missili Irżaeljani laqtu lill-kapitali Damasku u ż-żoni tal-madwar.
Uffiċjali qalu li ntlaqtet binja fiċ-ċentru ta’ Kafr Sousa, bil-konsegwenza li nqatlu erba’ persuni u suldat.
L-attakk tal-lum kien l-ewwel wieħed wara t-terremoti devastanti li heżżew lill-pajjiż tnax-il jum ilu.
Iż-żona fejn sar l-attakk tilqa’ diversi aġenziji ta’ sigurtà iżda hemm ukoll diversi nies ċivili jgħidu fil-madwar f’binjiet residenzjali.
Fil-fatt, l-attakk ikkawża ħsarat lil diversi djar.