Raġel ta’ 28 sena qed ikun akkużat bl-attakk li sar il-ġimgħa l-oħra fuq ix-xarabank li kienet qed iġġor il-plejers tat-tim tal-futbol Borussa Dortmund lejn il-grawnd għall-partita kontra Monaco.
Il-prosekuturi qalu li iktar milli għandu rabtiet mar-radikaliżmu Iżlamista, l-akkużat x’aktarx kien negozjant li kien qed jittama li jaqgħu l-ishma tat-tim mis-suq.
Ir-raġel kien qed joqgħod fl-istess lukanda li kienu qegħdin fiha l-plejers; f’kamra li kienet tħares lejn it-triq fejn seħħet l-isplużjoni.
Splużjoni li minħabba fiha żewġ persuni kellhom bżonn l-assistenza medika, u l-futboler Marc Bartra kellu jagħmel operazzjoni f’idu.