Attakk bi drone f’Moska kkawża ħsarat fuq żewġ binjiet filwaqt li konsegwentament, kellu jingħalaq ajruport temporanjament.
Moska qed takkuża lill-Ukrajna li kienet hi l-moħħ wara dan l-attakk, s’issa uffiċjali Ukreni għadhom ma kkonfermawx l-attakk.
Xhieda fuq il-post stqarrew ma’ midja internazzjonali li nstemgħet splużjoni li ħasdet lil kull min kien preżenti, liema ħoss kien segwit minn nirien u dħaħen fil-post milqut.
Konsegwenza ta’ dan l-attakk, it-titjiriet minn u lejn l-ajruport ta’ Vnukvo ġew sospiżi u ajruplani li kienu sejrin lejn l-ajruport niżlu f’ajruporti fil-qrib.