Żewġ Pulizija tilfu ħajjithom f’attakk qrib il-konsolat Ċiniż fil-belt ta’ Karachi fil-Pakistan.
Xhieda fuq il-post sostnew li għall-ħabta tad-disgħa u nofs ta’ filgħodu, ħin tal-post, instemgħu xi tiri fiż-żona.
Qed jiġi rraportat li sa erbat irġiel b’armi tan-nar pruvaw jidħlu fil-konsolat, imma twaqqfu mill-gwardji li kienu għassa.
Eventwalment tlieta mill-aggressuri tilfu ħajjithom fi sparatura bejnhom u l-pulizija tal-lokal. Filwaqt li l-ħaddiema fil-konsolat jinsabu tajba.
Xhieda fuq il-post qalu li semgħu splużjoni, u stazzjonijiet tat-televizjoni tal-lokal urew ritratti ta dħaħen, għalkemm għalissa għad m’hemmx dettalji dwar dan.