Matul il-lejl tat-Tlieta 19 t’April, sar att vandalu mal-entratura tar-residenza ta’ Ray Azzopardi. Persuna jew persuni mhux magħrufa mmarkaw bi spray aħmar il-bieb ta’ barra, partijiet mill-ħajt, l-intercom u l-letter box.

”Nirringrazzja lill-ġirien li għinuna nnadfu ż-żebgħa minn mal-bieb. Nirringrazzja wkoll l-korp tal-pulizija speċjalment lill-pulizija tad-distrett li ġew fuq il-post u bdew jinvestigaw l-att vandalu”
RAY AZZOPARDI

F’kitba fuq il-profil tiegħu ta’ facebook, Ray Azzopardi stieden lil min għandu xi informazzjoni dwar min għamel dan l-att vandalu sabiex jgħaddi din l-informazzjoni lill-pulizija, l-għassa ta’ Raħal Ġdid jew id-Depot.
