Sidien ta’ numru ta’ vetturi fis-Swieqi dalgħodu qamu maħsuda hekk kif sabu l-vettura tagħhom ivvandalizzata.
Kienu numru ta’ persuni li poġġew ritratti fuq il-midja soċjali jilmentaw kif din mhux l-ewwel darba li sabu xi girfa jew xi ħaġa fil-karozza vvandalizzata, b’uħud minn dawk li sabu l-vettura vvandalizzata jsostnu li saħansitra kissrulhom il-mirja.
Apparti minn hekk numru ta’ sidien ta’ muturi sabu l-mutur tagħhom fl-art b’uħud isostnu li sabu anke grif.
Numru ta’ persuni appellaw biex jekk hemm xi ħadd li ra xi ħaġa jew għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha mal-eqreb Għassa, b’uħud issuġġerixxew biex dak li jkun jiċċekkja jekk hemmx kameras tas-sigurtà fil-qrib.