Matul il-lejl li għadda persuna jew persuni li m’humiex magħrufa allegatament tefgħu żejt fuq il-ġenb tal-Mina ta’ Hompesch.
F’post fuq Facebook, is-Sindku ta’ Ħaż Żabbar, Marc Vella Bonnici kkundana dan l-att fuq post li kważi tlesta’ mir-restwar li għaddej bħalissa u appella li jekk persuna taf minn wettaq dan l-att ikellem minnufih lill-pulizija.