Matul il-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, persuna jew grupp ta’ persuni għamlu att vandalu mal-bini tal-ERA fil-Marsa. Dawr dan il-każ ġiet mgħarfa l-pulizija, fejn qed tinvestiga dan l-każ, fejn bħalissa qed teżamina l-evidenza, permezz ta’ CCTV.
Dan l-att vandalu seħħ minħabba d-deċizzjoni li ħadhet l-istess awtorità fuq il-proġett tas-Central Link.
L-ERA fi stqarrija qalet li qabel ħadhet id-deċizzjoni wara li tul dawn l-aħħar xhur eżaminat dan il-proġett b’reqqa u assessjat l-istudju dettaljat tal-Environmental Impact Assessment (EIA) fejn anka skont il-prattici adottati, ħejjiet rapporti dwar tali EIA, li nkludew ammont sostanzjali ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet.
Dawr dan l-att vandalu, il-Ministru għall-Ambjent José Herrera, fi tweet ikkundana dan l-att kodard.
I deplore these acts of cowardice. Vandalism is never a justifiable means for anyone to be heard! ERA will continue protecting our natural capital.
— José Herrera (@JoseHerreraMP) July 19, 2019