F’Pembroke persuna jew persuni vvandalizzaw bandiera li kienet imtella’ biex tiċċelebra d-diversità proprju fix-xahar li niċċelebrawha.
Ħabbar dan is-Sindku ta’ Pembroke, Kaylon Zammit, fejn spjega kif ftit sigħat qabel tiġi ċċelebrata l-Pride March fil-Belt Valletta, persuna jew perusni mhux magħrufa, “għomja bil-preġudizzju, ma felhux lanqas bandiera f’Pembroke li tirrappreżenta d-diversità.”
Spjega kif din hi turija ċara u risposta għal dawk kollha li jistaqsu “għal min jistaqsi għalfejn tibqa’ ssir il-Pride f’pajjiżna, din hija r-raġuni.”