F’kumment li tella’ s-Sindku ta’ Ħal Qormi Jesmond Aquilina ġie kkundannat l-att vandalu li sar fuq bust ta’ personaġġ maħbub Qormi Ġorġ Żammit kif ukoll fuq bus shelter permezz ta’ żebgħa jew qatran li twaddab.
Aquilina sostna li dawn huma mumenti ta’ swied il-qalb fejn fuq naħa ssib nies li jagħtu tant għal belt twelidhom mentri ssib min għadu jaħsibha mod ieħor.
Kull min għandu xi tagħrif dwar dan l-att, huwa mitlub jgħaddi l-informazzjoni lill-pulizija.