Uffiċjal tal-Pulizija li kważi ttajjar minn sewwieq ta’ taħt l-età x-xahar li għadda qal fil-Qorti li kien ikun “att suwiċidali” kieku baqa’ quddiem il-karozza.
Il-ġuvni ta’ 17-il sena tressaq il-Qorti tul il-jum tat-Tlieta mixli b’serq ta’ vettura, li saq mingħajr liċenzja u assigurazzjoni, u li pprova jweġġa’ gravi lil uffiċjal tal-Pulizija wara li m’obdiex l-ordnijiet tiegħu. Il-Qorti ordnat li ismu ma jixxandarx.
Il-Qorti semgħet kif il-vettura nsterqet mill-Imsida fis-17 ta’ Ottubru. Aktar tard, il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit sabu l-karozza misruqa f’Ħal Luqa waqt li kien qed isuqha l-akkużat, u t-tfajla tiegħu passiġġiera.
Meta l-pulizija pruvaw iwaqqfuh, il-ġuvni saq ‘il bogħod minnhom minkejja li kien , iżda nqabad aktar ‘il fuq fit-triq, inqabad wara vann, u spiċċa arrestat.
Meta kien qed iwieġeb fomanfa tal-avukat difensur Franco Debono fil-Qorti, uffiċjal tal-Pulizja li kien fuq il-post qal li huma raw vettura tat-tip Nissan March li kienet irrappurtata nieqsa. Kif rajnih, saq fid-direzzjoni tal-kollega tiegħi, li imbotta lilu nnifsu minn fuq il-mudgaurd għal fuq il-karozza tal-pulizija.
L-avukat Debono staqsa jekk l-akkużat saqx fid-direzzjoni tal-Pulizija, jew saqx biex jaħrab minn fuq il-post. Meta staqsa jekk il-pulizija marx quddiem il-karozza, l-uffiċjal li kien qed jixhed qal li dak kien ikun “att suwiċidali”.