Sirjan ta’ 21 sena kien mixli li pparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tliet persuni taħt l-età. Omar Hinder wieġeb li ma kienx ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Fil-Qorti ntqal li waħda mill-allegati vittmi hi s-sieħba tal-imputat u li oħra diġà għandha tarbija.
Il-Qorti ħadet inkosiderazzjoni ċ-ċirkostanzi tal-każ u l-kondotta tal-imputat u sussegwentement laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ €6000.
L-imputat kien ordnat ukoll biex ma javviċinax direttament jew indirettament lix-xhieda tal-Prosekuzzjoni u li ma jersaqx lejn ir-raħal fejn jgħixu l-allegati vittmi.
Barra minn hekk, huwa jrid jirrapporta f’għassa tal-pulizija nhar ta’ Tlieta u Sibt bejn it-tmienja t’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija.