Seba’ immigranti żagħżagħ ġew akkużati bl-attentat ta’ qtil ta’ persuna bla dar fil-Ġermanja. Is-sitt suspettati għandhom bejn ħmistax u tmintax-il sena u aktarx ipprovaw jagħtu n-nar lil dan ir-raġel fi stazzjon taħt l-art.
Hemm suspettat ieħor, li għandu 21 sena u li l-Pulizija temmen li huwa l-moħħ ewlieni wara l-attakk. Dan ġie arrestat qrib darbu. Sitta minn dawk miżumuma huma Sirjani u wieħed huwa Libjan. Kollha marru Berlin ifittxu l-ażil fl-2014 u l-2016.
Ir-raġel attakkat għandu 37 sena u kien rieqed fuq bank taħt munzell karti f’Schoenleinstrasse fin-nofsinhar ta’ Berlin, meta ngħata n-nar għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu dakinhar tal-Milied.
Kellu jkun sewwieq tal-ferrovija li uża fire extinguisher biex jitfi n-nirien, filwaqt li persuni li kienu l-istazzjoni provaw ikunu t’għajnuna wkoll.