Malta rebħet l-ewwel tliet midalji tagħha fil-Kampjonati Ewropej tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Atletika li qed isiru fil-Matthew Micallef St John Track il-Marsa matul il-ġurnata tas-Sibt.
Dawn il-midalji waslu minn Beppe Grillo (100m) u Daniel Saliba (110m hurdles) li rebħu l-fidda, u Peppijna Dalli li ħadet il-bronż fil-pole vault.
Finali Irġiel (110m Hurdles)
Daniel Saliba kiseb il-fidda fil-110m Hurdles. Huwa spiċċa fit-tieni post wara ċ-ċiprijot Elvis Elli Kryukov li daħal l-ewwel fħin ta’ 14.36sekondi. Second place goes to Malta’s Daniel Saliba with Durjon Idrizak of Albania in third. Fl-ewwel kummenti tiegħu wara r-rebħ tal-fidda, Saliba qal li dan kien riżultat importanti għalih hekk kif għadna fil-bidu tal-istaġun. Riżultat li jawgura tajjeb għall-impenji li jmissu fil-ġimgħat li ġejjin, fosthom il-logħob tal-Mediterran. Saliba kien sodisfatt ukoll għal fatt li l-ħin li kiseb kien l-aħjar ħin personali.
Finali Irġiel (100m)
Beppe Grillo (ritratt fuq) kompla juri l-mument pożittiv li għaddej minnu bħalissa meta rebaħ il-fidda fil-100 metru. Fl-ewwel post daħal l-atleta mill-Islanda Kolbeinn Hodur Gunnarsson f’ħin ta’ 10.59sekondi (rekord ġdid tal-Kampjonati).he process. Beppe Grillo spiċa t-tieni b’ħin sabiħ ta’ 10.65sekondi. Fit-tielet post daħal l-islandiż Dagur Andri Einarsson.
Pole Vault (Nisa)
Peppijna Dalli rebħet il-bronż hekk kif temmet it-tielet f’ġurnata pożittiva għaliha. Kompetizzjoni li ntrebħet minn Zuk Krasnova Angelina mill-Moldova b’total ta’ 3.80, segwieta miċ-ċiprijota Antrea Vasou b’total ta’ 3.70. Dalli spiċċat it-tielet b’total ta’ 3.60.
Fil-klassifika ġenerali Malta tinsab fir-raba’ post b’31 punt. Ċipru tinsab tokkupa l-quċċata b’46 punt, l-Iżlanda u l-Moldova jaqsmu t-tielet post b’35 punt.