Prestazzjoni impekkabbli għal Joelle Cortis u Gabriel Farrugia fil-Prinċipalità ta’ Monaco fejn ġew lura b’rekord nazzjonali ġdid fuq distanza ta’ 5km f’tellieqa li fiha ħadu sehem atleti tal-aqwa livell minn madwar id-dinja.
Il-ħin ta’ Cortis fil-MonacoRun, tellieqa approvata minn World Athletics, kien ta’ 17:25, li kif jkun verifikat formalment minn Athletics Malta, ikun ifisser rekord nazzjonali ġdid fuq din id-distanza fil-kategorija tan-nisa.
Iż-żagħżugħ Gabriel Farrugia (Evolve AC) ġera ħin ta’ 15:27 biex tajjeb ir-rekord nazzjonali tiegħu stess ta’ taħt l-20 sena b’21 sekonda. Huwa temm fl-40 post fil-klassifika ġenerali u t-tielet fl-kategorija Under 20.
Photo Credit: MonacoRun