Ikomplu r-riżultati sbieħ fl-Atletika lokali hekk il-Ħadd wara nofs-in nhar Rebecca Sare’ kissret ir-rekord nazzjonali tat-Triple Jump Indoor.
Hija għamlet dan meta kienet qed tikkompeti f’Ancona l-Italja. Sare’ kellha qabża sabiħa ta’ 12.62 metri.
Inċidentalment dan ir-rekord għamlitu ġimgħa biss wara li Claire Azzopardi ukoll kienet kissret l-istess rekord li kien f’idejn Sare’ għal bosta snin. Ġimgħa ilu Azzopardi kellha qabża ta’ 12.16 metri.
Intant ir-riżultati kollha li kisbet Rebecca Sare’ f’Ancona kienu ta’ 12.58, 12.37, 12.37 u l-qabża rekord ta’ 12.62m.
Riżultati li jawguraw tajjeb fil-preparazzjoni li għaddejja bħalissa għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’Malta bejn it-28 ta’ Mejju u l-4 ta’ Ġunju.