L-atleta żagħżugħ Nicolai Bonello kiser ir-rekord nazzjonali tal-Pole Vault b’qabża ta’ 4.35 metri. Bonello għamel dan waqt il-kampjonati nazzjonali tax-xitwa tal-Atletika fil-Matthew Micallef St John Track il-Marsa.
Ir-rekord tal-Pole Vault kien wieħed mill-itwal rekords nazzjonali fl-atletika lokali tant li kien ilu ma jinkiser għal 22 sena sħaħ. Qabel kien kien f’idejn Stefan Mohnani meta fis-sena 2000 kien qabeż 4.25m.
Nicolai Bonello għandu 16-il sena u l-kowċ tiegħu huwa Jivko Jetchev li inċidentalment kien il-kowċ ta’ Stefan Mohnani fiż-żmien meta kien waqqaf ir-rekord preċedenti.