Ġurnata memorabbli għal Mireya Cassar fil-Matthew Micallef St John stadium – fejn mhux biss kissret ir-rekord nazzjonali tal-hammer throw għal tliet darbiet waqt l-istess kompetizzjoni, iżda saħansitra qabżet il-50metru, b’tefa’ proprju ta 52.50m metru.
Cassar kisbet dan ir-riżultat waqt it-tieni Challenge Meeting fit-trakka tal-Marsa organizzat minn Athletics Malta.
B’dan ir-riżulat, Cassar, li dan l-istaġun qed titħarreġ b’mod professjonistiku fil-Ġermanja, ifisser li fl-erba’ kompetizzjoni li ħadet sehem fihom din is-sena, inkluż tlieta barra minn xtutna, kisret ir-rekord nazzjonali kull darba, b’total ta’ kważi ħames metri mir-rekord ta’ qabel.
Il-ġurnata kompliet issir aktar memorabbli għal Cassar meta rreġistrat ukoll rekord ta’ taħt l-20 sena fix-shot put.
Dan ir-riżultat ikompli jawgura tajjeb għal Cassar fl-iżvilupp atletiku tagħha. Cassar mistennija tkun waħda mill-atleti li tirrappreżenta lill-pajjiżna fil-Kampjonati tal-Atletika tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru proprju f’pajjiżna.