Ġurnata oħra storika għall-isport malti hekk kif l-atleta żagħżugħ Matthew Galea Soler rebaħ medalja tal-bronż waqt il-European Youth Olympic Festival li qed isir f’Banska Bystrica s-Slovakkja.
Soler għamel dan waqt il-finali tal-400 metru f’ħin sabiħ ta’ 48.84 sekondi. Dan il-ħin huwa rekord nazzjonali ġdid fil-kategoriji U18, U20 u U23 u anke l-aħjar ħin personali tiegħu. Soler sar ukoll l-ewwel atleta malti li qatt rebaħ medalja waqt dan l-avveniment.
Id-deheb mar għand Noam Mamu tal-Iżrael filwaqt li l-fidda intrebħet mill-ispanjol Fabian Parada Vidal.