L-atleta lokali Lisa Bezzina rebħet in-Nofs Maratona ta’ Pisa għall-ħames darba fil-karriera biex b’hekk kompliet turi l-qawwa ħafna fit-tiġrijiet fuq distanzi twal.
Hija daħlet l-ewwel f’ħin ta’ siegħa 21 minuta u 43 sekonda, 18-il sekonda qabel l-atleta brażijana Jocasta Oliboni Da Luz, wara taqtiegħa ħarxa. Għal Lisa Beżżina dak f’Pisa kien l-aħjar ħin tal-istaġun għaliha. It-taljana Irene Faccanoni spiċċat it-tielet.
Ta’ nota l-kundizzjonijiet ta’ temp ħżiena li għamluha diffiċli ħafna għal-parteċipanti kollha.
Bis-suċċess f’Pisa, Lisa Bezżżina temmet l-impenji tagħha għal din is-sena.
Sena li kienet waħda memorabbli għal din l-atleta veterana, fosthom bir-rebħ tal-kampjonat nazzjonali tal-10km kif ukoll is-suċċessi fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar bir-rebħ tad-deheb fl-10,000 metru.