L-atleta lokali Jordan Gusman kiser ir-rekord nazzjonali tal-Maratona meta għamel ħin ġdid ta’ 2hrs 13min.13. Gusman għamel dan waqt il-Bank of America Chicago Marathon. Huwa kiser ir-rekord preċedenti b’madwar 12-il minuta u spiċċa fid-19-il post minn total ta’ 48 elf atleta li ħadu sehem f’din il-maratona.