Dalgħodu saret ir-raba’ edizzjoni tal-La Valette Marathon. Maratona spettakolari li ħadet lill-atleti partecipanti tul il-kosta maltija. Maratona li bdiet mill-Manikata u ntemmet il-Forti ta’ Sant’Anġlu l-Birgu.
Ir-rebbieħ tal-kategorija tal-irgiel kien Cosmas Kigen f’ħin ta’ sagħtejn, 24 minuta u 43 sekonda. Omar Hassan u Martin Egebjerg daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament. L-ewwel atleta malti kien Mark Herrera li daħal fit-tmien post f’sagħtejn, 53 minuta u tmien sekondi.
Il-kategorija tan-nisa intrebħet minn Nancy Waiguma f’ħin ta’ sagħtejn, tliet kwarti u 58 sekonda.
In-nofs maratona tal-irgiel intrebħet minn Amos Kipchirchir, segwiet rispettivament mill-atleti lokali Dillon Cassar u Tommy Wallbank.
In-nofs maratona tan-nisa intrebħet minn Chelangat Sang.
(Photo Credit: Light in a Box)
