Is-Sibt 19 ta’ Marzu is- St. Patricks Athletics club organiżża t-tletin edizzjoni tad- Dingli10 wara nuqqas ta’ sentejn. Rotta ta’ 10 kilometri u oħra għat- tfal inżammu wkoll.
Attivita’ li saret bil-koperazzjoni tal- Fondazzjoni Lisa Maria. Fondazzjoni li għandha l-għan prinċipali li tgħin it tfal u adolxxenti li jistgħu ikunu f’xi tip ta’problemi.
‘Il fuq min 300 atleta ħadu sehem fiż-żewgt rotot it-twal, filwaqt li aktar minn 50 tifel u tifla sfidaw il-maltemp ta` dak in nhar u ġrew id-distanza ta’żewġ kilometri.
It-tellieqa ta 10 mili intrebħet minn Simon Spiteri ta` l-istess St Patricks Club f’ħin ta` 56minuta u 49 sekonda. Fit-tieni post daħal Charlton Debono tal-klabb Evolve f’ħin ta` 58 minuta u 13 -il sekonda u warajħ daħal Aidan Tanti ta` La Salle, f’ħin ta` 58minuta u 35 sekonda.
Fil-Kategorija Nisa, l-ewwel ma daħlet kienet Rachelle Lee Borg minn Pembroke Athleta Sports Club, f’ħin ta` siegha, 6 minuti u 24 sekonda; hekk kif warajha daħlet Catherine Chetcuti ta` l-istess klabb bil-ħin ta` siegħa 8 minuti u 32 sekonda. Fit tielet post Tara Abdilla ta` La Salle b’ ħin ta siegħa 10 minuti u 22 sekonda.
Ir- Rotta tal-10kilometri intrebħet minn Matthew Xuereb ta` Zurrieq Wolves f’ ħin ta` 35minuta 47 sekonda, filwaqt mill-kategorija tan-nisa Carla Pia Vella, mill- istess Zurrieq Wolves ħadet l-ewwel post b’ħin ta 43minuta 34sekonda.
Ir-rebbieħa kollha fil-kategoriji differenti ġew ippreżentati bit- trofej mill-president ta` St Patrick’s Athletics Club, is-Sur Charles Darmanin.