Għada filgħodu se ssir edizzjoni oħra tal-La Valette Marathon. Maratona differenti minn oħrajn li jiġu organizzati f’pajjiżna hekk kif tieħu lill-atleti parteċipanti tul il-kosta b’xenarju uniku.
Il-maratona prinċipali se tibda fis-6.30 ta’ filgħodu mill-Manikata, bit-tmiem ikun ix-xatt tal-Birgu.
Ikun hemm ukoll in-nofs maratona li tibda fis-7 ta’ filgħodu, il-walkathon li tibda fis-7.10am, u d-distanzi ta’ 10KM u 5KM li jibdew rispettivament fit-8am u fit-8.30am.
Kollox jintemm għal ħabta tan-12:30. Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jevita t-toroq minn fejn se tgħaddi l-maratona f’dawk il-ħinijiet.


