L-EAP Malta International – WACT Challenger Meeting ta’ din is-sena u li huwa organizzat minn Pembroke Athleta u li sar nhar is_Sibt l-1 ta’ Ġunju ġewwa l-Marsa, , kien avveniment ieħor ta’ suċċess kbir fejn inkisru xejn inqas minn 7 Rekords tal-Meeting tal-Kbar u 2 oħra taż-żgħar, kif ukoll rekord Nazzjoanli ta’ taħt i-18 il-sena
Rekord ta’ 40 pajjiż minn madwar id-dinja kienu rappreżentati f’din il’ ħames edizzjoni bil-meeting jilħaq livelli ġodda fil-klassifikazzjoni tal- World Athletics Coopetition Ranking Performance.
Fost l-aktar atleti magħrufin l- kkompetew f’dan l-avveniment kien hemm it-triple jumper, rebbieħ tal-midalja tal-fidda fil-Kampjonati Ewropej tal-2022, bl-isem ANDREA DALLAVELLE mil-Italja, li laħaq l-aspetattiva u rebaħ din id-dixxiplina b’qabża ta’ 16.53m biex stabbilixxa rekord ġdid għal dan il=meeting.
Iżda, l-Aqwa Prestazzjoni Tekinika tal-irġiel waslet minn HACHIM MAROUFOU mil-Comoros, b’rekord ieħor tal-Meeting b’ħin ta’ 20.57s fil-200m.
l-Aqwa Prestazzjoni Tekinika femminili kienet irreġistrata minn atleta sitt darbiet kampjonessa Nazzjonali ta-Serbja bl-isem ta’ ANYA LUKIC li ma ddiżappuntatx lil-pubbliku numeruż preżenti , meta rebħet it-tiġrija tal-100m hurdles f-ħin ta’ 13.34s għal rekord ieħor tal=Meeting.
Rekords oħra għal dan il-Meeting inkisbu mil-kampjonessa Nazzjonali ta’ Puerto Rico għal tlett darbiet bl-isem ta’ ALYSBETH FELIX, li rebħet il-long jump femminili b’qabża ta’ 6.35m. il-Lebaniż rebbieħ tat-titlu Nazzjonali ta’ pajjiżu għal sitt darbiet fil-100m NOUREDDINE HADID li rebaħ it-tiġrija ferm kumbattuta b’ħin ta’ 10.45s, iż-żagħżugħ ta’ 21 sena KEENAN BLAKE mill-Olanda li ukoll wettaq rekord ġdid ta’ 46.65s fl- 400m, u LEROUX HAMMAN minn South Africa li spiċċa f’ħin ta’ 50.29s fl- 400mH tal-irġiel.
L-atleta Maltija THEA PARNIS COLEIRO (Rush AC) kisret ir-rekord Nazzjonali ta’ taħt it18 il-sena fil-100m b’ħin ta’ 12.09s.
Fil-kategorija ta’ taħt is-16 il-sena ukoll inkisru żewġ rekords tal-Meeting u dan mertu għal KRISTINA AZZOPARDI {Pembroke. Ath), fil-100m (12.43s) u CARL ZAMMIT BONDIN (Zurrieq W) li rebaħ fi 11.59s
Tlett ‘ sprinters’ irnexxielom jirbħu żewġ midalji kull wieħed. L-Argentina Maria Florencia Lamboglia rebħet Deheb fil-200m u Fidda fil-100m, Noureddine Hadid ukoll jirbah id-Deheb fil-100m u Fidda fil-200m waqt li Hachim Maroufou jirbaħ id-Deheb fil-200m u Fidda fil-100m.
Suċċessi għal atleti Maltin waslu minn JEAN PAUL DEPONO (Zurrieq W). JULIAN ZARB (La Salle) and MIREYA BUGEJA (Zurrieq W), li kollha rebħu midalja tad-Deheb fl-1500m u 800m rispettivament, CARLA SCICLUNA, {Pembroke. Ath), SANA GRILLO {Pembroke. Ath), ISAAC BONNICI (Rush AC), SEAN GALEA (Evolve EC) u MICHELA CARUANA (Zurrieq W) jirbħu midalja tal-Fidda, u MICHAEL DEBATTISTA SEGOND {Pembroke. Ath), KAY TESTA {Pembroke. Ath), REBECCA SARE’ {Pembroke. Ath), HANNAH VELLA {Pembroke. Ath), DANIEL SALIBA {Pembroke. Ath), u DARIO MANGION {Pembroke. Ath), kollha jirbħu midalja tal-Bronż.
Din is-sena rat ukoll rekord ta’ parteċipazzjoni ta ’l fuq minn 260 Athleti u Kowċis, li huwa rekord u li jinkludi ‘l fuq minn 120 atleti Maltin.
Pembroke Athleta li huma Membri taċ-Ċirkwit EAP din is-sena ser jjospitaw ukoll il-Konvenzjoni Annwali tal-EAP li ser issir f’Malta f’Novembru li ġej.