Waslu lura f’pajjiżna l-atleti żgħażagħ minn La Salle Karate Club wara li ħadu sehem f’kompetizzjoni li saret f’Leige fil-Belġju.
L-atleti, li għandhom bejn sitta u 17-il sena kkompetew ma’ atleti oħra, li ġejjin minn pajjiżi oħra bħal Brazil, il-Ġermanja, id-Danimarka, l-Olanda, Spanja u l-Lussemburgu.
F’din il-kompetizzjoni, il-Maltin ġabu żewġ tazzi tal-fidda u erba’ tazzi tal-bronż.
Intqal li din kienet l-ewwel esperjenza ta’ dawn l-atleti barra minn xtutna u taw prestazzjoni mill-aqwa.