Grupp ta’ 12-il atleta mil-klabb taż-Żurrieq Wolves gew mistiedna mil-klabb tal-atletika Taljan minn Gulianova, Turismo Podismo biex jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-ġirja ta’ 10km PerCorriAMO Gulianova. F’temp mil-isbaħ u fuq rotta li ħadet lill-atleti madwar il-konfini ta’ Gulianova, l-atleti Maltin kisbu riżultati pożittivi ħafna. Jean Paul Debono daħal fit-tielet post fil-klassifika ġenerali waqt li Joseph Borg daħal fis-6 post. Maria Attard daħlet fis-6 post fil-kategorija femminili.
Joseph Borg u Maria Attard rebhu l-kategoriji ta’ bejn l-24 u 34 sena waqt li Sylvana Spiteri u Josianne Mumford qasmu t-tieni post fil-kategorija bejn l-45 u 49 sena. Philip Abela ġie fit-tielet fil-kategorija bejn l-24 u 34 sena. Anthony Sciberras daħal fir-4 post fil-kategorija bejn 65 u 69 sena.
It-tim tal-irġiel magħmul minn Jean Paul Debono, Joseph Borg u Charles Xuereb gie fit-tieni post.
Takkumpanjaha lil-atleti kien hemm is-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima, li flimkien mal-kontingent Malti kellha laqgha uffiċjali mal-Viċi Sindku ta’ Gulianova, Lidia Albani li kienet akkumpanjata mill-assessore għall-isports Federico Taralli u l-assessore għat-turiżmu Marcoo di Candido flimkien mal-President tal-Kunsill Paolo Vasanella. Ġie miftihem ftehim ta’ ħbiberija bejn iż-żewġ kunsilli waqt li delegazzjoni minn Gulianova ġiet mistiedna żżur Malta.