Grupp ta’ atleti, kowcis, u uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti kienu l-mistiedna tal-Kummissarju għoli Awstraljan Julienne Hince f’attivita li saret ilbierah.
L-atleti Maltin ser jiehdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-logħob tal-Commonwealth li ser jibdew fl-4 ta` April li ġej.
Is-segretarju Parlamentari qal li l-Gvern jinsab komess li jkompli jgħin lil atleti Maltin. Hu qal li Malta tħares lejhom u tistenna minn għandhom inpenn u anke għaliex le rizultati.
Huwa semma l-importanza li atleti jieħdu sehem f’kompetizzjonijiiet internazzjonali u jemmen li is-serjetà ta’ dawn l-atleti tagħti l-frott. Huwa awgura lil kull min ser jieħu sehem kull suċċess u anke faħħar l-organizazzjoni Awstraljana tal-logħob.
Il-Kummissarju għoli Awstraljan Julienne Hince ferħet u awgurat lil atleti Maltin u anke lil dawk Awstraljani. Hija qalet li r-rabta bejn Malta u l-Awstralja hija waħda kbira u qalet li għall-ewwel darba f’dawn il-logħob l-ammonti ta’ medalji għan-nisa u l-irġiel huma indaqs.