Atleta tal-ġinnastika Amerikana, li se tkun parti mill-Olimpjadi rriżultat fil-pożittiv għall-Covid-19.
L-atleta flimkien ma’ oħra li kellha kuntatt viċin magħha nħarġu mill-villaġġ sportiv u ttieħdu f’lukanda f’Tokjo.
Dan il-każ ħareġ ftit tal-jiem wara li żewġ plejers tal-futbol mill-Afrika t’Isfel ħarġu fil-pożittiv għall-virus.
F’dan il-villaġġ Olimpiku, fejn qed jgħixu l-atleti hemm madwar 11,000 atleta u l-Olimpjadi se jibdew nhar il-Ġimgħa li ġej.