L-atleta Paralimpika Maltija, Vladyslava Kravchenko hi fost 205 mexxej magħżula biex ikunu parti mill-programm prestiġju ‘Obama Foundation Leaders’.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Kumitat Paralimpiku Malti, li laqgħa din l-aħbar.
Intqal li dan il-programm iħarreġ parteċipanti minn madwar id-dinja fl-iżvilupp tal-ħiliet ta’ tmexxija u impenn ċiviku, biex jgħin fil-bini tal-ħiliet tagħhom u jsewwaq ix-xogħol tagħhom fis-settur pubbliku, fil-privat u fil-volontarjat.
Kranchenko se tkun waħda mis-36 mexxej li qed jipparteċipaw fil-prograam tal-‘Leaders Europe’.
Vladyslava rrappreżentat lil pajjiżna darbtejn fil-Logħob Paralimpiku, fl-2020 f’Tokyo u din is-sena f’Pariġi.