Veronika Dobiášová, atleta professjonali ta’ wieħed u għoxrin sena mir-Reppublika Ċeka li tipprattika l-isport tal-Badminton, għażlet lil Malta biex tkompli bit-taħriġ sportiv tagħha, hekk kif pajjiżha bħalissa jinsab f’lockdown totali minħabba l-imxija u kawża t’hekk ma setgħetx tippratika dan l-isport.
Fil-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop, it-tfajla Ċeka, li hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa atleti fit-tim tagħha, qalet li f’Malta sabet sitwazzjoni kajmana, fejn l-isport baqa’ għaddej b’konformità mar-restrizzjonijiet tal-imxija.
Qalet kif, “In the Czech Republic we are in lockdown, we can’t train just for a walk or exercise at home. But here we can train and it’s nice, that’s why I came here.”
Bi tbissima u ton ta’ sodisfazzjon, l-atleta żagħżugħa qalet li Malta impressjonatha wisq u tixtieq tibqa’ fi gżiritna.
Qalet, “It’s fine here because in the Czech Republic we had to train in the mask last two months… I would like to stay here as long as possible.”
Dan l-istazzjon tkellem ukoll mal-President ta’ Badminton Malta Owen Grech, li saħaq kif anke atleti barranin qed iħarsu lejn Malta bħala l-post ideali fejn wieħed jista’ jipprattika l-isport.
Qal, “L-aħjar ħaġa li s-sezzjonijiet hawn Malta huwa bbilanċjati. Bażikament f’Diċembru li għadda kellna kowċ internazzjonali li bl-għajnuna ta’ Sport Malta ġibnih hawn Malta biex iħarreġ il-plejers tagħna tal-akkademja. Meta kien hawn Malta nduna kemm qed noperaw viċin in-normalità filwaqt li nosservaw ir-restrizzjonijiet u essaċċ tħajjar biex jibgħat l-aqwa plejer li għandu fil-klabb tiegħu hawn Malta.”