Siri ssalva ħajjet iż-żgħażugħ Gael Salcedo milli jegħreq bil-karozza ġo xmara kisħa silġ. Siri, l-assistenta diġitali tal-iPhone, salvat ħajjet il-ġuvni ta’ 18-il sena meta Salcedo talab lil Siri biex iċċempel in-numru tal-emerġenza Amerika, id-911.
Salcedo li kellu inċident tat-traffiku fejn tilef il-kontroll tal-karozza. Huwa qal li kien inkwetat li se jmut għaliex bil-paniku ma setax isib il-mobile, iżda ġietu f’moħħu biex juża l-assistenta diġitali biex iċċempel għall-għajuna.
Meta waslu l-ħaddiema tas-salvataġġ, sabu lil Salcedo fil-karozza jegħreq fix-xmara. Il-qawwa tal-ilma ma ħallihiex lis-sewwieq jitaħ il-bieba tan-naħa tiegħu, u għalhekk il-ħaddiema gwidawh biex joħroġ mill-karozza.