Dħalna fit-tielet fażi tal-proġett LEAP li se jassigura li persuni vulnerabbli ikollhom għajnuna ta’ mentor biex jidraw id-dinja tax-xogħol.
Ħabbar dan il-Ministru Michael Farrugia, li spjega li fit-tliet snin li l-proġett LEAP ilu fis-seħħ, grazzi għall-għajnuna minn fondi Ewropej, kienu identifikati eluf ta’ persuni li jgħixu f’nassa ta’ benefiċċji soċjali u għal xi raġuni qatt ma daħħlu jew baqgħu fid-dinja tax-xogħol, anzi lanqas biss kienu qed jirreġistraw.
Farrugia spjega li dan il-Gvern ma jridx iħalli lil dawn il-familji fid-dlam u jibqgħu vulnerabbli, anke jekk ma jafu ebda triq oħra. Għaldaqstant anke l-perċezzjoni tal-pubbliku li dawn il-persuni ma jaħmdux sempliċiment għaliex huma ‘għażżenin’, għandha tinqatel.