Assikura Insurance Brokers PCC Limited estendew għal staġun ieħor il-ftehim mal-Malta Football Association dwar l-isponsorship tal-kompetizzjonijiet tal-futbol tan-nisa fil-livell ta’ seniors u dak taż-żgħażagħ.
Permezz ta’ dan il-ftehim li jikkonsolida l-kollaborazzjoni pożittiva mal-Malta FA b’appoġġ sħiħ għall-futbol tan-nisa, Assikura Insurance Brokers ikkonfermaw ruħhom bħala l-isponsors tal-kompetizzjonijiet ewlenin tal-futbol tan-nisa għat-tielet sena konsekuttiva.
Il-ftehim jinkludi l-Kampjonat Assikura tan-nisa, l-Assikura Knock-Out u anke s-Super Cup flimkien mal-Assikura Women’s Youth League u Knock-Out. L-unuri individwali abbinati ma’ dawn il-kampjonati wkoll jagħmlu parti minn dan il-ftehim, primarjament l-aqwa plejer ta’ kull xahar tal-Assikura Women’s League u Assikura Women’s Youth League, u l-Assikura Women’s League Coach of the Round.
Preżenti għal dan it-tiġdid ta’ sponsorship kien hemm Dr. Angelo Chetcuti, Segretarju Ġenerali tal-MFA, Andrew Grech Direttur Maniġerjali ta’ Assikura u Lucianne Cini, Kap tal-Operat f’ħdan lis-stess kumpanija.