Wara ġranet ta’ divertiment, xorb u ikel dak li jkun ifittex li jirilassa xi ftit. L-għada tal-Milied, is-swali taċ-ċinema se jkunu qed juru tlett films li huma maħsuba li se jiġġeneraw għadd ta’ flus; ‘blockbusters’ kif jirreferu għalihom fid-dinja tal-films. Fost dawn hemm film li partijiet minnu nħadmu f’pajjiżna, Assassins Creed – l-aspettativi għal film huma għoljin u quddiemu għandu kompetizzjoni b’saħħitha.