Qorti fir-Renju Unit iddeċidiet li Julian Assange m’għandux jiġi estradit lejn l-Istati Uniti.
F’deċiżjoni li ttieħdet dalgħodu, il-Qorti Ingliża qalet li l-fundatur tal-Wikileaks m’għandux jiġi estradit lejn l-Amerka biex jaffaċċja akkużi fuq spjunaġġ.
L-Amerka ilha żmien twil tistenna li Assange jkun f’idejha biex jaffaċċja akkużi dwar ħruġ ta’ dokumenti sigrieta fost oħrajn dwar affarijiet li saru fil-gwerer fl-Afghanistan u l-Iraq.
L-akkużi kontrih setgħu waħħluh 175 sena ħabs fl-Amerka.
Hekk kif tħabbret id-deċiżjoni tal-Qorti Ingliża, bosta nies barra l-Qorti nfexxew f’dellirju ta’ ferħ.
Assange, li huwa Awstraljan kien għamel seba’ snin taħt il-protezzjoni tal-Gvern tal-Ekwador, billi qagħad fl-Ambaxxata tal-pajjiż, f’Londra.
Wara kien ġie arrestat hekk kif inbidel il-President tal-Ekwador.