Transport Malta ser tibda x-xogħlijiet t’asfaltar fi Triq il-Baċir f’Raħal Ġdid minn għada filgħodu. Għada fid-09.00 ta’ filgħodu l-ħaddiema ser iqaxxru l-wiċċ eżistenti tat-triq. Il-ħaddiema mbagħad ser jagħtu l-asfaltar fil-ġranet ta’ wara fejn ix-xogħol mistenni jkun lest sa tmiem il-ġimgħa.
Il-Ġimgħa bil-lejl, Transport Malta ser tibda l-proċess t’asfaltar fi Triq il-Biċċerija l-Marsa. Il-ħaddiema ser iqaxxru wiċċ it-triq u jagħtu l-asfalt matul tmiem il-ġimgħa.
Iż-żewġ toroq mhux ser ikunu aċċessibbli għat-traffiku waqt li jkun għaddej ix-xogħol. Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex isibu toroq alternattivi u jsegwu s-sinjali li twaħħlu temporanjament fuq il-post. L-Awtorita’ tħeġġeg għal sewqan b’attenzjoni għas-sigurta’ tagħhom u tal-ħaddiema.
Transport Malta qed tipprepara dawn iż-żewġ toroq għal influss mistenni waqt ix-xogħlijiet fil-Proġett tal-Junction tal-Marsa.