Fi Stqarrija minn Transport Malta qalet li l-kuntrattur ser jagħmel xogħlijiet fi Triq L-Imsida l-Gżira fejn ser jitqaxxar il-wiċċ tat-triq eżistenti u jingħata asfalt ġdid. Ix-xogħlijiet ser isiru bejn is-7.00 ta’ filgħaxija u l-5.00 ta’ filgħodu mil-lejla u hu mistenni li jkun lest sa tmiem din il-ġimgħa.
Ix-xogħlijiet ser isiru f’fażijiet biex kemm jista’ jkun it-triq tibqa’ aċċessibbli għat-traffiku.
Transport Malta tħeġġeġ lis-sewwieqa biex fejn hu possibbli jevitaw iż-żona, isegwu l-istruzzjonijiet tal-uffiċjali fuq il-post u jsuqu b’attenzjoni.