Għal dan l-avveniment se jkun hawn preżenti d-DJ ta’ fama internazzjonali David Guetta, flimkien mal-kantanta Ingliża Becky Hill.
Dan l-avveniment se jittella’ fis-16 ta’ Awwissu li ġej fl-UNO, f’Ta’ Qali.
David Guetta, li rebaħ żewġ Grammy Awards, hu famuż għall-kanzunetti ‘Without You’, ‘Titanium’, ‘Memories’ u ‘Flames’.
Din mhux se tkun l-ewwel darba tiegħu f’pajjiżna hekk kif diġà ġie għall-Isle of MTV tal-2010 u SummerDaze fl-2019.
Il-kantanta Ingliża Becky Hill, li hi magħrufa għall-kanzunetti ‘Remember’ u ‘Crazy What Love Can Do’, ukoll ġiet fostna fl-edizzjoni tas-sena l-oħra ta’ SummerDaze.
Ma’ dawn se jingħaqdu oħrajn li se jitħabbru aktar tard.