Qatt tajt ħarsa lejn l-edizzjonijiet ta’ Vogue? Żgur mhux forsi li edizzjoni wara oħra, huwa ta’ unur għal kull min jagħmilha fuq il-faċċata ta’ din ir-rivista li għandha fama mondjali.
Għall-edizzjoni ta’ Vogue Philippines, fuq il-faċċata għamlitha Apo Whang-Od. Artista tat-tattoos li għandha 106 snin mill-Filippini u li għandha t-titlu tal-akbar persuna fl-età li qatt dehret fuq il-faċċata ta’ Vogue.
Whang-Od, li hi magħrufa wkoll bħala Maria Oggay, hi magħrufa fil-Filippini bħala artista tat-tattoos b’metodu tradizzjoni.
Bdiet tagħmel it-tattoos meta kellha biss sittax-il sena flimkien ma’ missierha u hi magħrufa bħala l-persuna li żammet il-metodu tal-batok ħaj – metodu antik ta’ kif isiru t-tattoos permezz ta’ stikka tal-bamboo, faħam u tip ta’ inka naturali.