B’referenza għall-istorja ppublikata s-Sibt 4 ta’ Novembru, 2017 minn The Malta Independent, blisem ta’ ‘Playmobil’s home-workers, who earn €1.90/hour, struck off the social benefits scheme’, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Socjali jippreċiża li ma huwa minnu xejn li twaqqfu l-benefiċċji tal-ħaddiema li jagħmlu xogħol mid-dar għall-kumpanija msemmija, kif ivvintat fl-imsemmi artiklu.
Bil-kontra, bħal kull persuna oħra fil-pajjiż, il-home workers tal-Playmobil għadhom jieħdu lbenefiċċji li huma intitolati għalihom u jibqgħu jeħduhom sakemm, bħal kulħadd, jibqgħu mal-liġi. Din il-ġimgħa l-gazzetta bagħtet domandi lill-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, li taħtu jaqa’ d-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali, dwar allegat każ ta’ xogħol prekarju. It-tweġiba kienet li din l-allegazzjoni ma tirriżultax mill-investigazzjonijiet li saru sa issa.
Imbagħad The Malta Independent bdiet issaqsi fuq l-allegat qtugħ ta’ benefiċċji soċjali. Minkejja li huwa naturali li d-Dipartiment għall-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali ma jirregolax servizzi soċjali, xorta ġiet infurmata li benefiċċji jinqatgħu biss meta ma jitħarsux l-obbligi tal-liġi, irrispettivament minn fejn jaħdmu. Li kieku l-gazzetta vverifikat mad-dipartiment li jirregola s-servizzi soċjali kienet tinduna li, fl-aħħar ġimgħat, ġiet investigata persuna waħda biss mill-home workers wara rapporti anonimi li allegatament ma kinitx qed tiddikjara dħul li kellha u għalhekk ħadet benefiċċji li ma kellhiex dritt għalihom. Il-benefiċċji ta’ din il-persuna twaqqfu għal perjodu qasir sakemm saru l-aċċertamenti u lpersuna irregolarizzat ruħha u fil-jiem li ġejjin se terġa’ tibda tirċievi l-benefiċċji b’mod normali bħal qabel. Għalhekk l-allegazzjoni li twaqqfu l-benefiċċji tal-ħaddiema li jagħmlu xogħol mid-dar għallkumpanija msemmija ma hija xejn ħlief falza. Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jfakkar li dan il-Gvern saħansitra introduċa s-sistema tat-tapering biex f’każ ta’ xogħol ta’ ċertu dħul, il-benefiċċji ma jitwaqqfux f’daqqa iżda gradwalment fuq tliet snin. Jekk ma tkunx intitolata għat-tapering, it-tali persuna tista’ tkun intitolata għall-In-Work Benefits.