L-Art Club 2000 bħalissa qed jorganizza eżibizzjoni fil-Kunsill Lokali tal-Imdina, li se tibqa’ miftħa sa nhar it-30 ta’ Ġunju.
L-Art Club twaqqaf fl-1999 fil-Mellieħa minn numru t’artisti Maltin bil-għan li jippromwovu t-talent lokali u jrawwmu sens t’apprezzament lejn l-arti fost nies ta’ etajiet differenti. Tul is-snin, l-Art Club stabilixxa ruħu sew u beda joffru korsijiet varji fl-arti, l-iskultura, iċ-ċeramika, ganutell, arti 3D, ħġieġ, parċmina u bizzilla fost oħrajn.
L-eżebizzjoni fl-Imdina tiġbor it-talenti varji fi ħdan il-klabb. Kienet miftuħa uffiċjalment mis-Segretarju Parlamentari Chris Agius u tinsab miftuħa kuljum mid-9:30 sal-13:30 u mill-17:30 sat-20:30, inkluż Sibtijiet u Ħdud.