Nuċċali tal-vista mal-art.
Daqshekk kien hemm bżonn biex żewgt’iħbieb saru famużi madwar id-dinja, permezz ta’ Twitter. Dawn iż-żgħażagħ ta’ 17-il sena minn San Francisco ftit tal-jiem ilu xeħtu nuċċali tal-vista mal-art f’mużew.
Dawk li żaru l-mużew ħasbuha xi biċċa arti fina, u malajr bdew jiġbdu ritratti ta’ dan in-nuċċali li bla ebda gost jew ħsieb filosofiku sab ruħu mal-art. Uħud instemgħu jikkontemplaw it-tifsira metafiżika ta’ dan in-nuċċali.
Fuq twitter dawn isejħu lilhom infushom ‘TJCruda’ u ‘k_vinnn’. Tellgħu ritratti tar-reazzjoni tan-nies għall-biċċa ‘arti’.