Ġiet inawgurata l-opra tal-arti Sea Cave (Entrance) fil-ġonna ta’ Hastings il-Belt, li hi xogħol l-artista internazzjonali Cristina Iglesias. Sea Cave Entrance inħadmet speċifikament għal dan is-sit.
Waqt l-inawgurazzjoni, l-Ministru għall-Arti José Herrera ddeskriva din il-biċċa arti bħala waħda li tqanqal il-ħsieb u ssaħħar lill-udjenza. Hawn faħħar ukoll il-mod kif il-proġett joffri aċċess dirett għall-arti kontemporanja internazzjonali.
Iċ-Chairpereson tal-MICAS Phyllis Muscat iddiskriviet xogħol Iglesias bħala esperjenza artistika li tistiednek tingħaqad mal-memorji u l-ħin, ma’ dak li hemm madwarna u ma’ dak li possibilment hemm mistoħbi taħtna.
Muscat qalet ukoll li din kienet l-ewwel attività tal-MICAS mill-bidu tal-pandemija, u din irnexxielha tibqa’ għaddejja fil-ħin mal-iskeda intensiva ta’ xogħlijiet ta’ restawr u kostruzzjoni li se jwasslu għall-ftuħ tal-MICAS Galleries fl-2022.
L-artista Cristina Iglesias spjegat li hi u taħdem fuq dan il-proġett, studjat il-kuntest u l-ġeoloġija tal-ġonna ta’ Hastings u żammet f’moħħha l-kultura u l-pajsaġġ Malti.
Sea Cave (Entrance) hija akkwist nazzjonali li se tkun aċċessibbli għall-pubbliku fil-ġonna ta’ Hastings għas-sentejn li ġejjin. Din eventwalment se tkun rilokata fil-MICAS Sculpture Garden ġalaradba l-binja tkun lesta.