Bosta tradizzjonijiet Maltin jispiċċaw jintilfu minħabba li jibqgħu staġnati fl-imgħoddi bl-iskuża li huma tradizzjoni u forsi ma jinbidlux maż-żminijiet. L-arti taċ-ċombini li x-xogħlijiet tagħha għadhom imfittxija sew mit-turisti li jkunu mdaħħlin fiż-żmien mhux titħalla tgħaddi mill-istess xorti.
Fost oħrajn hemm Marika Camilleri, diterminata li ma tħallix din it-tradizzjoni tisfaxxa fix-xejn u qed toħloq xogħlijiet illi jistgħu jqajmu iżjed interess għaliex matul mat-tradizzjoni qed iddaħħal il-kontemporanju.