Għal darb’oħra, l-Art Club 2000 qed jorganizza esebizzjoni mill-isbaħ tal-arti u artigjanat bħalha parti miċ–ċelebrazzjoni ta’ żmien il-festa tal-Vitorja ġewwa l-Mellieħa. Din l-esebizzjoni hija is-sbatax-il edizzjoni minn meta twaqqaf l-Art Club – organizzazjoni volontarja bl-għan ewlieni li tippromwovi kultura artistika fost t-tfal u anke l-kbar.
Fost ix-xogħlijiet esebiti tul it-taraġ rustiku ta’ Triq San Publju – kif ukoll ġewwa l-Club inniffsu – wieħed jista’ jammira pittura u skultura ta’ madwar sittin artist differenti, lkoll b’temi u lwien differenti. Issib ukoll għadd ta’ xogħolijiet artiġjanali, magħmulin minn studenti li jattendu d-diversi korsijiet li jorganizza l-istess Club.
Din l-esebizzjoni hija miftuħa għall-pubbliku kuljum mis-18:30 sal-22:00, sa nhar il-Ħamis 8 ta’ Settembru. Ghal aktar informazzjoni rigward ħidmet l-Art Club 2000, tistgħu ċċemplu fuq 21525651 / 21523774 / 99523774.