Il-Ministru Ian Borg flimkien mal-Ministru Owen Bonnici nedew il-programm tal-arti fi spazji pubbliċi għat-tieni darba filwaqt li l-ewwel programm kellu suċċess b’sitt proġetti fejn artisti lokali flimkien mal-Kunsill lokali ta’fejn se titpoġġa l-arti ibbenefikaw mill-fondi allokati għal dan il-proġett.
Il-programm huwa miftuħa għall-applikazzjonijiet fejn qed joffri fondi ta’ €30,000 lil kull artist.
Il-Ministru għall-infrastruttura qal li l-arti fi spazju pubbliċi joffru attrazzjonijiet varji lill-pibbliku, fejn hija l-kreattività tal-artist li toffri attrazzjoni fil-lokalitajiet f’Malta u Għawdex.
Il-Ministru għall-Kultura spjega kif dan il-programm joffri tliet għanijiet. L ewwel għan huwa li l-nressqu aktar nies lejn il-kultura. Ikompli jogħla l-livell tal-kultura kif ukoll l-arti tibda titqies bħala karriera.
L-artist Matthew Pandolfino huwa fost l-ewwel sitt artisti li bbenefikaw mill-ewwel programm u li qed jaħdem fuq lanċa tar-riħ artistika magħmula mill-weathering steel. Ilu aktar minn sentejn jaħdem fuqha u li hu mistenni jitlesta sa Marzu li ġej.