L-Awtorità tal-Artijiet, il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport u l-All-Wheel Drive Club identifikaw barriera fl-Aħrax, limiti tal-Mellieħa bħala żona fejn jista’ jiġi pprattikat l-off-roading.
Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport qalet li permezz ta’ avviż legali, l-Awtorità tal-Art ittrasferiet din il-barriera lill-Kunsill Malti għall-Isport, illum SportMalta, u li din għaddietha lill-Federezzjoni Maltija għall-Motorsport.
Fi stqarrija l-Federazzjoni, qalet li fl-2016 applikat għall-permessi meħtieġa, u llum b’sodisfazzjon, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat dan il-proġett u b’hekk dan is-sit jista’, jintuża għall off-roading f’ambjent aktar sigur.
Din l-aħbar ħarġet wara li t-Tnejn li għadda l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar il-bini tat-trakka u investiment sostanzjali fid-Drag Racing u l-Karting Tracks, li qed isir ukoll b’koperazzjoni ta’ din il-Federazzjoni.