Il-Partit Laburista qal li l-Partit Nazzjonalista ma tax raġuni valida għaliex huwa kontra n-nomina ta’ eks Prim Imħallef għall-kariga ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika meta l-Kap tal-Oppożizzjoni kien diġà aċċetta din in-nomina u lest jaċċetta l-istess nomina għal karigi kostituzzjonali oħra.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista irrimarka li din hija tassew arroganza ta’ min irid li, mill-Oppożizzjoni, tgħaddi tiegħu biss.
Aktar kmieni llum, il-Prim Ministru Robert Abela ressaq żewġ mozzjonijiet biex fil-Parlament ikun jista’ jivvota għall-ħatra ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u l-Ombudsman.
Għall-irwol ta’ Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, il-Prim Ministru qed jinnomina lill-Prim Imħallef Emeritu Dr Joseph Azzopardi. Filwaqt li għall-irwol ta’ ombudsman, il-Prim Ministru Robert Abela qed jinnomina lill-Imħallef Emeritu Dr Joseph Zammit McKeon.
AQRA WKOLL: